'L-argument li għandna nitfgħu lill-Musulmani l' barra ma jagħmilx sens'

Aaron Farrugia, Kandidat għall-elezzjoni li jmiss, jgħid li l-attakki tal-kum se jwasslu biex jerfa' rasu t-terroriżmu...jfakkar li r-raġel li wettaq l-attakk f'Pariġi kien "Ewropew daqsna lkoll"

Ritratti mill-attakk imdemmi ta' Brussell
Ritratti mill-attakk imdemmi ta' Brussell

Filwaqt li l-aħbarijiet huma kollha mimlijin bl-aħħar żviluppi dwar l-attakk fi Brussell li ħalla 35 persuna mejta diġa bdew deħlin l-ewwel reazzjonijiet. Bosta qed jiddiskutu kif dan l-attakk, tant qrib l-attakk faħxi l-ieħor f'Pariġi, se jħalli impatt soċjali fuq pajjiżi u l-popli Ewropej. Aaron Farrugia, kandidat tal-PL għall-elezzjoni li jmiss indika, f'intervista max-xandir pubbliku qal illi Il-mexxejja politiċi "se jibdew jevalwaw is-sistema Schengen u jekk il-prattiċi preżenti humiex jiffaċilitaw attakki terroristiċi u l-moviment ta` terroristi minn post għal ieħor."

Iktar minn hekk iżda Farrugia jagħmel appell imqanqal: "Dawn l-attakki terroristiċi se jżidu mal-popolarita` ta` dawn il-partiti, anke jekk ma jagħtu ebda soluzzjonijiet tanġibbli u prattiċi. L-attakki se jagħtu lok għal żieda ta` kummenti razzisti, kummenti ta` aħna u huma. Iżda ftit jafu li Salah Abdesalam, il-moħħ wara l-attakki ta` Pariġi twieled u għex fil-Belġju. Għandu oriġini Marokkini iżda huwa Ewropew daqsna lkoll. Li jfisser li argumenti bħal itfawhom kollha l-barra, u ddaħlux iktar musulmani, ma jagħmlu ebda sens."

Huwa jsostni l-argument tiegħu billi jgħid kif  ir-Renju Unit, pajjiż li mhuwiex membru taz-zona Schengen, "irnexxielu jwaqqaf attakki terroristici fil-ħin, mhux biss grazzi għas-sistemi ta` sigurta` u intelligence eċċezzjonali, iżda wkoll għax hu diffiċċli ħafna tidħol fil-pajjiż b`mod faċli."

 

More in Politika