Protesta oħra mistennija tiġi organizzata bil-għan li jitneħħew mill-kariga, il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, Konrad Mizzi u ċ-chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Din id-darba, il-protesta se ssir minn grupp, li mhux partit politiku, imsejjaħ Civil Society Malta mmexxi mill-eks-Chairman tal-Alternattiva Demokratika, Michael Briguglio.
L-istess għaqda kienet bdiet bil-ħidma tagħha meta nediet petizzjoni online għat-tneħħija ta' Mizzi u Schembri meta faqqgħet l-istorja tal-kumpanija fil-Panama.
Il-protesta se tkun qed issir fis-7 ta' Mejju li ġej, quddiem il-Parlament fil-Belt, fl-10 ta' filgħodu.