Salvu Mallia ma tantx qed juri wisq entużjażmu biex jingħaqad ma' partit ġdid immexxi minn Marlene Farrugia. F'artiklu li se jkun ipublikat għada fl-gazzetta ILLUM Mallia jgħid li għalissa se joqgħod kwiet jara u jiżen l-iżviluppi fix-xena politika. Mistoqsi b'mod dirett mill-gazzetta jekk hux se jidħol fi-partit ta' Farrugia, wara laqgħat li t-tnejn kellhom flimkien, Mallia qal li ma jħossux komdu jkun taħt tikketta ta' partit partikolari.
Minkejja d-dubji tiegħu dwar il-partit ta' Farrugia, hu jħalli l-kanuni kollha tiegħu għall-klassi politiċi, speċjalment għall-Gvern.
Intant għada wkoll fil-gazzetta ILLUM se jkun ippublikat artiklu illi fih il-Ministru Leo Brincat jitlob għal ċerta kawtela mill-Partit Laburista fuq il-każ tal-'Panama'