Il-pressjoni fuq il-Ministru Konrad Mizzi qed tkompli tikber hekk kif il-maġġoranza assoluta tal-iswitchers, jew dawk li vvutaw PL fl-2013 iżda kienu jivvutaw PN qabel, huma favur li Konrad Mizzi jirreżenja. Fil-fatt l-istħarriġ ippublikat fuq il-Maltatoday tal-lum juri kif tnejn minn kull tliet switchers, jew 66.6% iridu lil Konrad Mizzi jirreżenja.
Intant, għalkemm il-maġġoranza, jew 63% tal-votanti Laburisti jridu illi Mizzi jibqa', l-istess stħarriġ juri kif kważi persuna minn kull ħamsa , jew kważi 20%, tal-Laburisti jridu lil Mizzi jirreżenja. Huma 1% biss tal-votanti Nazzjonalisti li jridu lil Mizzi jibqa' fil-kariga.
Minkejja dan il-każ, l-istħarriġ juri illi Joseph Muscat mhux biss għadu minn fuq iżda kompla jżid id-distakk bejnu u Simon Busuttil.