Ftit tal-ħin ilu l-Bord tal-protesti tal-MFA sema t-tieni protest li kien hemm kontra B'Kara f'jumejn. Wara li Floriana pprotestaw fuq l-ineliġibilta ta' players barranin li ma kinux reġistarti skont il-liġi tal-pajjiż u tilfuh wara li jingħad li dawn ma semmewx ismijiet, Dan kien ifisser li B'Kara jibqgħu fis-semi finali tat-Trophy. Hibs daħlu protest fuq ir-riżultat li huma kellhom kontra B'Kara l-ġimgħa li għaddiet, riżultat ta' rebħa Karkariża li taha awtomatikament il-Kampjonat lil Valletta u lil Hibs qatagħhom għal kollox li setgħu jibqgħu jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat sal-aħħar partita li għandhom kontra Valletta għada.
Il-Bord tal-protesti ma aċċettax dan il-protest u r-riżultat baqa dak li ġie deċiż fil-ground.