L-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista u Chairman tal-V18 Jason Micallef fetaħ attakk feroċi li jidher illi huwa indirizzat għal nies fil-Gvern jew li jiffurmaw parti mill-Partit Laburista. Fi status fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook Micallef jgħid illi hija ħasra li l-1 ta' Mejju ta' din is-sena "jinsab imtappan mill-egoiżmu sfrenat ta' min jinsab bla xaba' fil-kilba bla qies ghall-flus u l-poter."
Micallef ikompli l-attakk tiegħu fuq nies li ma jissemmmewx b' isimhom, għalkemm kollox jindika li qed jirreferi għal Konrad Mizzi b'mod speċjali. Huwa jgħid li l-kilba għal flus wasslu lil din il-persuna "egocentrika" tħossha li hija untouchable "anke meta jkun taqqab il-vapur b'detriment ghall-kaptan u l-passiggieri ġenwini li jkun ilhom fuq il-vapur fil-bnazzi u l-maltemp."