'Min se jispiċċa barra mill-Airmalta għandu jwaħħal fil-klijentaliżmu sfrenat tal-partiti'

F'artiklu ppublikat illum is-Segretarju Ġenerali tal-AD iwaħħal fil-klijentaliżmu politiku matul is-snin għat-tneħħija imminenti ta' impjegati, minħabba r-ristrutturar

Dawk li jitneħħew mill-Airmalta għandhom jirringrazzjaw sistema klijentelista korrotta - Ralph Cassar
Dawk li jitneħħew mill-Airmalta għandhom jirringrazzjaw sistema klijentelista korrotta - Ralph Cassar

Dawk il-ħaddiema bieżlin li se jispiċċaw barra (mill-Airmalta) jafu lil min għandhom jirringrazzjaw. Lil dawk il-kollegi tagħhom li spiċċaw jaħdmu mal-Airmalta minħabba l-konnessjonijiet li kellhom u minħabba li nzertaw jgħixu f'distrett elettorali partikolari. Imma fuq kollox għandhom jirrealizzaw illi l-Airmalta nġiebet għalkubtejha minn sistema politikimant korrotta ta' favuri għal voti u klijenteliżmu rampanti."

Fl-1987 il-Labour kien daħħal 250 persuna mal-Air Malta li ma kienx hemm bżonn, filwaqt li l-PN għamel l-istess fl-1992 u daħħal 300 persuna

Dan qalu s-Segretarju Ġenerali tal-Alternattiva Demokratika Ralph Cassar f'artiklu illi kien ippublikat illum fil-gazzetta Maltatoday.. Għalkemm għadu ma tħabbar l-ebda programm ta' tnaqqis ta' ħaddiema minn fuq ik-kotba tal-Airmalta, Cassar ifakkar illi meta l-Etihad xtrat 49% tal-lkinja Taljana kellha tkeċċi 2,200 ħaddiem mill-14,000. Huwa fatt magħruf illi fil-fatt dan il-punt kien l-aktar wieħed li dwaru kien hemm nuqqas ta' qbil kemm fl-Italja u anke waqt in-negozjati li saru f'pajjiżna. 

Huwa fakkar kif skont l-eks-Direttur tal-Airmalta Michael Mallia fl-1987 il-Labour kien daħħal 250 persuna mal-Air Malta li ma kienx hemm bżonn, filwaqt li l-PN għamel l-istess fl-1992 u daħħal 300 persuna.

More in Politika