Il-billboard tal-PN...mhux oriġinali

Billboard ġdid fit-toroq wara dak ta' 'Barra'

Il-billboard il-ġdid tal-PN
Il-billboard il-ġdid tal-PN

Dalogħodu fit-toroq, wieħed seta' jara billboards ġodda li ħadu post dawk li fuqhom kellhom l-uċuħ ta' Konrad Mizzi, Keith Schembri u l-Prim Ministru Joseph Muscat, bi kliem kbar ta' 'Barra', li kienu qed isejħu għar-riżenja tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-chief of staff tal-OPM Keith Schembri.

Il-billboard il-ġdid, juri lill-Joseph Muscat jagħlaq widnejh, li hu kopja tal-billboard li rajna fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet mill-Partit Laburista li kellu fuqu lill eks-Prim Ministru Lawrence Gonzi jagħlaq widnejh. Dan il-billboard ikompli jikkritika l-pożizzjoni tal-Prim Ministru li ħa fil-konfront ta' Konrad Mizzi li baqa' jservi ta' Ministru fi ħdan il-Gvern minkejja li tneħħewlu ż-żewġ dekasteri li kellu. 

Il-billboard tal-PL fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet
Il-billboard tal-PL fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet

More in Politika