Clifton Grima mistenni jitfa' n-nomina biex jieħu s-siġġu ta' Leo

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jindika li mhux se jkun qed imur għall-għażla ta' co-option biex idaħħal lil Toni Abela fil-Parlament

Dan is-sit huwa infurmat li Clifton Grima mistenni jitfa' n-nomina tiegħu biex jieħu post Leo Brincat fil-Parlament f'elezzjoni każwali li se jkollha ssir wara li Brincat kien innominat għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Grima, mill-ewwel kien il-preferut biex jieħu dan il-post għalkemm rapporti diversi, inkluż fuq illum.com.mt żvelaw kif il-Prim Ministru kien qed jikkunsidra li jdaħħal lil Toni Abela fil-Parlament permezz ta' co-option. 

Jidher iżda li Muscat mhux se jkun qed jieħu din it-triq hekk kif iktar kmieni llum waqt konferenza f'Kastilja indika li mhux se jkun qed jidħol jew jindaħal fil-proċess bix ikun mimli s-siġġu ta' Leo Brincat. 

More in Politika