Leo Brincat li lbieraħ kien iffaċċjat b'dik li Joseph Muscat sejħilha "thedida sottili" fuq in-nominazzjoni tiegħu fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-Kap tal-Oppożizzjoni ma xtaqx iwieġeb mistoqsijiet tal-illum.com.mt dwar l-istess kritika ta' Busuttil fil-konfront tiegħu fil-Parlament. Ilbieraħ Busuttil qal illi jekk Brincat jivvota favur Konrad Mizzi mhux grilling fl-UE imma se jkun "mixwi". Muscat sejjaħ din "thedida sottili".
Dan is-sit staqsa lil Brincat jekk iħossx li l-kritika fil-konfront tiegħu minħabba li vvota kontra mozzjoni li ressqet Marlene Farrugia hux qed jinketawh. L-illum.com.mt staqsiet lil Brincat jekk jaqbilx ma' Muscat illi dik ta' Busuttil ilbieraħ kienet thedida bil-pulit u staqsietu wkoll dwar is-sehem li kellu fi Gvernijiet passati mmexxjin mill-eks-PM Dom Mintoff. Dan is-sit staqsa jekk iddejqux illi qed issir kritika minn Daphne Caruana Galizia dwar sehemu fil-Partit Laburista dak iż-żmien.
Brincat iżda wieġeb li ma xtaqx jgfħaddi kummenti. "Appena ġejt innominat għall-kariga ta' membru fil-Qorti Ewropeja tal-Awdituri għażilt minn jeddi li nżomm lura għall kollox milli nagħmel kummenti jew stqarrijiet politiċi fil-media sakemm jintemm il-proċess kollu."