700 persuna segwew programm tal-knisja fil-prevenzjoni tal-abbuż fuq it-tfal

Proġett pilota f'numru ta' parroċċi bil-għan li jkun żviluppat programm ta' prevenzjoni mill-abbuż

Fl-ewwel sena il-Kummissjoni tal-Ħarsien għat Tfal tal-knisja laħqet xejn inqas minn 700 persuna li b'xi mod jew ieħor għandhom konnessjoni ma' istituzzjoni tal-Knisja,  permezz ta' taħriġ. It-taħriġ li qed isir fost għalliema, katekisti, qassisin, seminaristi u voluntieri għandu l-għan li joħloq aktar għarfien fost dawk li jaħdmu f'istituzzjonijiet tal-Knisja biex ikun prevenut kull tip ta' abbuż fuq it-tfal. 

Il-pjan tal-Knisja huwa li dawk kollha li jaħdmu mat-tfal f'istituzzjonijiet tal-knisja ikunu jistgħu jsegwu kors dwar il-ħarsien tat-tfal li jkunu taħt ir-responsabilita' tagħhom għal ħinijiet matul il-ġurnata. Maż-żmien dan it-taħriġ se jsir obbligatorju. 

Bħalissa l-Knisja qiegħda fil-proċess li tibda proġett pilota fil-parroċċi ta' San Ġiljan, Marsaxlokk u l-iklin kif ukoll fil-Fondazzjoni Jean Antide, is-sezzjoni tal-MUSEUM tal-bniet u maż-Zgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika. Il-programm se jibda fis-sena skolastika 2016-2017. 

More in Politika