Jinkixfu nies oħra fil-Panama Papers fosthom lukandiera u nies qrib il-PN

Jibdew ikunu żvelati l-ewwel ismijiet ta' Maltin u kumpaniji lokali fil-Panama Papers

Il-President tal-MFA Norman Darminin Demajo flimkien mal-kumpanija Fenlex li tagħha l-President tal-Kunsill tal-PN Ann Fenech hija Managing Partner huma msemmijin fil-Panama Papers żvelati ftit tal-ħin ilu. Il-lista ta' Maltin jew kumpaniji lokali b'rabtiet mal-Panama u l-British Virgin Islands jinkludi wkoll il-grupp Island Hotels Investment, il-kumpanija EMD li  tagħha huwa konsulent Richard Cachia Caruana u li l-proprjetarja tagħha hija oħtu.

Anne Fenech kienet ċaħdet kull dell li ntefa fuqha u qalet illi l-kumpanija tagħha kienet intermedjarja li tgħin kumpanija tiftaħ kont jew kumpanija fil-Panama jew il-British Virgin Islands.

Intant fil-Panama Papers tissemma l-kumpanija Fiveolive Services Inc. li tgaha l-eks Ministru Nazzjonalista Ninu Zammit huwa shareholder.

More in Politika