Filwaqt li baqgħu ħerġin l-ismijiet ta' nies li direttament jew permezz ta' kumpanija li tagħhom huma konsulenti, it-tielet kumpanija, kif saret magħrufa, tibqa' xi ftit ta' misteru . Dan hekk kif dak żvelat jikkonferma li Hearnville Inc. hija l-kumpanija ta' Konrad Mizzi u li nfetħet fid-9 ta' Lulju 2013. It-tieni kumpanija jisimha Tillgate Inc. li hija ta' Keith Schembri u nfetħet fil-15 ta' Lulju. Il-kumpanija l-oħra jisimha Egrant Inc. li dwarha ma tingħatax informazzjoni fil-Panama Papers.
Intant komplew ħerġin ismijiet oħra ta' nies li jew huma direttament msemmijin jew inkella huma konsulenti jew sħab f'kumoaniji msemmijin. Fost dawn s'issa ssemmew Francis Zammit Dimech, Noel Buttigieg Scicluna, Neville Curmi (tal-Kafe Premier) u Louis Farrigia.