RCC konsulent ewlieni f'kumpanija b'rabtiet mal-Panama Papers

Cachia Caruana jgħid li hu m'għandu l-ebda ishma f'kumpaniji fil-Panama, BVI u postijiet simili

Il-kumpanija li tagħha huwa wieħed mill-konsulenti ewlenin Richard Cachia Caruana, EMD Advisory Services ukoll tinsab fil-Panama Papers, u għandha link dirett ma' 72 entità fl-istess leak ta' informazzjoni. Dan in-numru ta' rabtiet ma' kumpaniji wkoll jagħmilha diffiċli sabiex l-istess sit ICIJ, li minnu nħareġ il-leak, joħloq tip ta' statistika biex jiġu preżentati dawn l-istess links tal-entitajiet.

Fil-fatt, il-kumpanija EMD tirrappreżenta 72 entitajiet marbuta ma' Malta. Konsulent ewlieni tal-istess kumpanija ta' konsulenzi kien Noel Buttigieg Scicluna, li kien ukoll esponent tal-Partit Nazzjonalista.

Minkejja dan, l-eks Rappreżentant Malti fl-Unjoni Ewropea, f'kummenti mal-ġurnal The Malta Independent qal li hu m'għandux, la qatt kellu ishma f'kumpaniji fil-Panama, fil-British Virgin Islands jew l-ebda pajjiż ieħor li huwa meqjus bħala tax haven. Sostna wkoll li hu ma kellux x'jaqsam ma' dawk il-kumpaniji u entitajiet konnessi mal-Panama fi ħdan EMD, iżda kien involut biss f'konsulenzi u pariri relatati mal-UE.

More in Politika