Is-sit Euronews xandar dokumentarju ta' 10 minuti illi matulu numru ta nisa Maltin tkellmu dwar l-esperjenza ta' abort li għaddew minnha. Omm minnhom isostni li hi mhux kriminal u tgħid kif f'pajjiżna huwa diffiċli ferm li titkellem ma xi ħadd dwar abort li tkun għamilt. "Kont bezgħana, sens ta' mistħija, imma ma jiddispjaċinix li għamilt abort". Kienet id-deċiżjoni t-tajba għal dak iż-żmien" sostniet waħda miż-żewġ nisa maltin li tkellmu mal-Euronews.
Il-Euronews tkellmu wkoll ma' tabiba Maltija illi spjegat kif minkejja l-liġijietli jipprojbixxu l-abort f'Malta, dawk li jridu jagħmlu abort xorta jagħmluh u ħafna drabi ma jittieħdux il-prekawzjonijiet neċessarji biex tkun salvagwadjata saħħet il-mara.
Paul Vincenti mill-Gift of Life iżda jfakkar illi l-maġġoranza tal-poplu Malti huwa kontra l-abort għax huwa kontra l-qtil ta' tarbija. Vincenti jgħid li l-Gift of Life fil-fatt hija favur il-ħajja. Euronews tkellmet ukoll ma' Renee Laiviera li fakkret kif minkejja li 60% tan-nies huma kontra l-abort f'Malta, dan il-persentaġġ huwa inqas milli kien snin ilu.
Euronews tkellmu wkoll mar-Riċerkatura tal-Politiki Soċjali Andrea Dibben li tkellmet dwar l-istigma soċjali ikbar li teżisti f'soċjeta iżgħar u l-element tal-biża li jeżisti f'pajjiż żgħir bħal Malta illi valuri liberali Ewropej 'jinvadu' l-ispazju u l-valuri tal-Maltin.
Fost dawk li jitkellmu f'dan id-dokumentarju hemm ukoll Nikita Zammit Alamango mill-Forum Żgħażagħ Laburisti li titkellem dwar l-importanza li jkun hemm dibattitu miftuħ fuq il-morning after pill.
Malta's abortion ban: 'I'm not a criminal... by euronews-en