Fl-aħħar ġurnata li fiha dawk interessati li jikkontestaw għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijet tal-Partit Laburista setgħu jitfgħu n-nomina tagħha, il-Kummissjoni elettorali tal-Partit Laburista, illum irċiviet in-nomina ta’ Owen Bonnici.
In-nomina ta’ Owen Bonnici kienet innominata minn Ġuża Cassar u ssekondata minn Miriam Dalli.
L-elezzjoni għall-ħatra ta’ Deputat Mexxej ġdid għall-Affarijiet tal-Partit se ssir bejn il-Ħamis 9 u l-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju u f’każ ta’ bżonn is-Sibt 11 ta’ Ġunju u għaliha se jkunu qed jikkontestaw, Chris Cardona, Stefan Zrinzo Azzopardi u Owen Bonnici.