Issa li ż-żmien li wieħed jista jitfa' n-nomina għall-kariga ta' Deputat Mexxej tal-Partit Laburista ngħalaq il-kandidati huma kkonfermati. It-tliet kandidati għal din il-kariga li tbattlet wara r-riżenja ta' Konrad Mizzi, li effetivament okkupa il-kariga għal ftit ġimgħat biss, huma l-Ministru Chris Cardona, l-Ministru Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi.
Is-sit illum.com.mt qed jistieden lill-qarrejja kollha tiegħu biex jivvutaw għall-persuna li huma jaħsbu li huwa l-aħjar biex jokkupa l-kariga. S'issa, minn meta ttella' l-istħarriġ nhar it-Tnejn, il-favorit huwa Cardona.
Biex tivvota f'dan l-istħarriġ, agħfas hawn.