Fl-ewwel ġimgħa ta’ Mejju l-ħin medju ta’ stennija fl-Emerġenza kien ta’ sagħtejn u 41 minuta. Dan għall-każijiet fejn wara li ngħata servizz mill-istaff tal-Emerġenza, il-pazjent intbagħat id-dar.
L-istennija bejn min x’ħin pazjent jirreġistra fl-Emerġenza għal meta jkun imsejaħ għat-Triage, matul l-istess ġimgħa kien ta’ medja ta’ 12-il minuta. Filwaqt li pazjent dam jistenna biex jarah tabib medja ta’ 53 minuta.
F’każijiet li pazjent kellu bżonn jinżamm għall-aktar kura fl-isptar Mater Dei, l-ħin mir-reġstrazzjoni fl-Emerġenza sakemm inżamm kien fuq medja ta’ tliet sigħat u 36 minuta.
Din l-informazzjoni ngħatat illum fil-Parlament mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, waqt il-ħin tal-mistoqisjiet Parlamentari.