50% tar-rotot fin-Nofsinhar 'aħjar' ... 36.5% tar-rotot fit-Tramuntana 'agħar'

Stħarriġ ippubblikat ilbieraħ fuq il-gazzetta ILLUM jindika li għad hemm problemi fir-rotot li jidbew mill-Foss ta' San Ġakbu

Ċaqlieqa pożittiva fir-trasport pubbliku ... imma għad hemm il-problemi
Ċaqlieqa pożittiva fir-trasport pubbliku ... imma għad hemm il-problemi

L-istħarriġ ippubblikat ilbieraħ mill-gazzetta ILLUM juri illi hemm differenzi fil-livell ta' kuntentizza fis-servizz tat-trasport pubbliku bejn in-nofsinhar u ċ-ċentru-tramuntana ta' Malta. L-istħarriġ sar fost 50 persuna fil-Venda tal-Belt Valletta nhar il-Erbgħa li għadda. 

Kienu 50% ta’ dawk li jużaw ir-rotot tan-naħa t’isfel ta’ Malta li qalu li s-servizz tjieb, u dan waqt li kienu 36% li qalu bil-kontra jiġifieri li t-trasport pubbliku mar għall-agħar. 14% ma raw l-ebda titjib u lanqas ma qalu li s-servizz mar lura għax ħassew li dan baqa’ fejn kien.

Min-naħa l-oħra, is-sitwazzjoni fil-foss ta’ San Ġakbu ma kinetx daqshekk pożittiva hekk kif kienu biss 27% li tkellmu dwar is-servizz fil-pożittiv. Minkejja dan, kien ammont ugwali ta’ 36.5% tan-nies li qalu li t-trasport pubbliku mar għall-agħar jew li baqa’ l-istess fost il-passiġġiera taċ-Ċentru u tat-Tramuntana.

Ilment rikorrenti ta’ dawk li raw is-servizz imur għall-agħar kien li l-karozzi tal-linja ma jżommux il-ħin li fih għandhom jiġu, u li ċertu rotot ikunu ffullati u għalhekk, meta jaslu fuq il-waqfa tal-linja, ma jkunux jistgħu jgħabbu iktar persuni.

Mill-kampjun ta’ 50 persuna li ħadet din il-gazzetta, 40% qalu li raw titjib fit-trasport pubbliku, b’ħafna minnhom jispjegaw li issa l-karozzi saru iktar spissi, żdiedu xi rotot jew il-karozzi saru jiġu fil-ħin. Min-naħa l-oħra 36% sostnew li s-servizz mar għall-agħar, u 24% ma raw l-ebda tibdil fis-servizz offrut minn xhur ilu. 

More in Politika