'Il-lejla , fil-Parlament taghna lkoll, u f'isem il-Maltin u l-Ghawdxin ta' rieda tajba ser inressaq vot ta' sfiducja fic-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri'. Hewkk kitbet fuq il-facebook Marlene Farrugia wara li kienet ressqet vot ta' sfiduċja fuq Konrad Mizzi li m'għaddiex ftit tal-ġimgħat ilu. Jidher li din is-saga tal-Panamagate m'hemmx tmiem għaliha qabel 'joħroġ id-demm' minn xi ħadd. Is-soċjeta ċivili ħarġet uffiċjalment tgħid li qed tissaportja dan il-vot ta' sfiduċja filwaqt li mistenni li anke l-Partit nazzjonalista se jkun warajha meta dan ilu jitlob ir-riżenja ta' Keith Schembri.