Minkejja li d-diskors dwar partit ġdid donnu kkalma, hekk kif il-kwistjoni Panama li ilha għaddejja iktar minn 12-il ġimgħa ikkalmat xi ftit ukoll, ma' dan is-sit id-Deputata Marlene Farrugia assigurat illi l-idea ta' partit ġdid mhux talli qed tisfuma fix-xejn, talli bħalissa għaddejjin diskussjonijiet kontinwi biex ikunu deċiżi l-istrateġiji u l-istrutturi ta' dan il-partit.
"Altru milli mietet l-idea ta' partit ġdid," wieġbet Farrugia lill-ILLUM. "Bħalissa għeddejjin b'laqgħat kontinwi tal-core group fejn qed ikunu deċiżi ċerti strateġiji u anke l-istrutturi tal-partit." Farrugia ma xtaqitx tiżvela jekk hemmx persuni li lesti jkunu kandidati mal-partit għalissa, għalkemm ikkonfermat ukoll illi għaddejjin diskussjonijiet. "Kollox miexi bil-pass tiegħu", qalet Farrugia, li stqarret ukoll mal-illum.com.mt illi saru diskussjonijiet dwar amalgamazzjoni mal-Alternattiva Demokratika (AD). Dwar dan għamlitha ċara illi m'għandha ebda li tingħaqad mal-AD u saħqet illi "dan għamdu jkun partit ġdid."