F’intervista li dehret il-Ħadd li għadda fuq il-gazzetta ILLUM il-Ministru Chris Cardona żvela kif li jmiss se tkun l-aħħar elezzjoni ġenerali li se jikkontesta. Meta kien mistoqi għalfejn wasal għal din id-deċiżjoni Cardona qal li 20 sena fil-Parlament kienu biżżejjed u li hu ma jridx jibqa ggranfat mas-siġġu tal-poter.
“Għandi 43 sena u din se tkun l-aħħar elezzjoni tiegħi, għax ma rridx nibqa’ kkakmat mas-siġġu tal-poter u lanqas irrid ngħaddi l-poter lil ħija, jew lill-kuġin jew lil xi ħadd fil-familja. 25 sena fil-Parlament huma biżżejjed.”
Intant l-illum.com.mt qed tippublika l-aħħar miż-żewġ filmati tal-intervista li saret ma’ Cardona. Hu jgħid li lilu d-delegati jarawh bħala “aktar aggressiv” u li joħroġ għonqu aktar għalihom.
Chris Cardona fl-intervista li dehret fuq l-ILLUM tak-Ħadd li għadda