'Jeħtieġ isir ftehim dwar il-liberalizazzjoni tal-VISA minn pajjiżi terzi'

Il-Ministru Carmelo Abela jgħid lill-midja Ewropea

Carmelo Abela
Carmelo Abela

Mal-wasla tiegħu għal Kunsill Ewropew tal-Ġustizzja u l-Intern, il-Ministru għall-Intern Malti Carmelo Abela kien mistoqsi mill-mezzi tax-xandir Ewropej fuq id-diskussjonijiet li hemm għaddejin relatati mal-liberalizazzjoni tal-Visa għat-Turkija. Dan huwa suġġett li mistenni li jiġi diskuss illum fil-laqgħa għal Ministri Ewropej.

Fl-ewwel kummenti tiegħu il-Ministru Malti qal li:

“Il-liberalizazzjoni tal-Visa qegħda tiġi diskussa għal aktar minn pajjiż wieħed. Neħtieġu ftehim fuq il-prinċipju tal-liberalizazzjoni tal-Visa. Kull pajjiz terz jeħtieġ li jilħaq il-kriterji neċessarji qabel ma jiġi mogħti il-liberalizazzjoni tal-Visa Ewropea. Se jkun hemm ukoll moniteraġġ u mekkaniżmu ta’ suspensjoni, li huma importanti għal-UE biex tkompli ssegwi u jekk ikun hemm bżonn tieħu azzjoni. Din hija wkoll parti mill-pakkett u l-ftehim li wieħed jittama li jkun milħuq illum”.

Mistoqsi jekk it-Turkija mhix se taqbel mal-mekkaniżmu ta’ sospensjoni, huwa wieġeb li sta għal UE li taqbel fuq dan il-mekkaniżmu ta’ sospensjoni. Żied jgħid li dak li hemm bżonn tagħmel it-Turkija huwa li tikseb l-obligazzjonijiet neċessarji. Umbagħad tkun bħal pajjiżi oħra, disponibbli wkoll għal-liberalizazzjoni tal-Visa.

Meta kien mistoqsi għaliex l-Ewropea għandha bżonn dan it-tip ta’ mekkaniżmu, huwa sostna l-importanza ta’ koperazzjoni mal-pajjiżi terzi. “Huwa fl-insteress tal-UE li tikkopera ma pajjiżi terzi, u dan jista wieħed mill-oqsma ta’ din il-koperazzjoni”, innota l-Ministru Abela.

Minbarra l-politika fuq il-Visa, il-Kunsill tal-Ġustizzja u Intern bi ħsiebu wkoll jindirizza l-kwistjoni tal-immigrazzjoni u dik tal-Gwardja tal-Fruntiera Ewropea.

 

 

More in Politika