Malta Public Transport flimkien mal-iSkola Primarja ta’ Ħal Safi ilbieraħ filgħodu bdew bl-ewwel minn sensiela ta’ laqgħat fl-iskejjel bl-għan li jiżdied l-għarfien dwar l-importanza tas-sigurtà fit-toroq fost it-tfal.
“Bil-maġġoranza tal-ħaddiema tagħna fit-toroq matul il-ġurnata tax-xogħol, is-sigurtà fit-toroq hi priorità għal Malta Public Transport. Kull min ikun fit-triq għandu sehmu fis-sigurtà fit-toroq. Kemm jekk it-tfal ikunu passiġġieri, ċiklisti jew mixjin għandhom ikunu jafu r-regoli basiċi biex ikunu sikuri,” spjega d-Direttur Kummerċjali ta’ Malta Public Transport, Daniel Grech.Waqt is-serata ta’ informazzjoni ġie diskuss il-bżonn li nimxu fuq il-bankina, naqsmu minn fejn suppost u nifhmu is-sinjali tad-dwal. Il-qafas td-diskussjoni kien iffukat fuq kif nistgħu nkunu passiġġieri tajbin, u kemm hu importanti li ma nfixklux lix-xufiera waqt li qed isuqu biex dejjem iżommu għajnejhom fuq it-triq.Studenti tal-iskola Primarja ta’ Ħal Safi kellhom l-opportunità jitilgħu fuq il-karozza tal-linja, u raw kif tintuża ttallinja card illi ma jinvolvix flus kontanti. Kif poġġew bil-qiegħda, it-tfal semgħu dwar il-priority seats, il-post riżervat għassiġġijiet
bir-roti, kif twaqqaf il-karozza tal-linja meta tasal fil-waqfa tiegħek u kif tinżel minn fuq il-karozza
permezz tal-bieb ta’ wara. Din l-inizzjattiva qed tiġi offruta lill-iskejjel tal-primarja kollha madwar Malta u Għawdex, u diġa hemm numru
ta’ skejjel sostanzjali li qed jipparteċipaw fil-Kampanja ta’ Sigurtà fit-Toroq tal-Malta Public Transport.