[Aġġornata] Duħħan iswed minn Bulebel jiddomina s-sema

....nar ġewwa fabbrika f'Bulebel jikkawża dħaħen kbar 

Id-duħħan li deher tiela minn Bulebel
Id-duħħan li deher tiela minn Bulebel

Duħħan iswed deher tiela u jiddomina s-sema fin-nofsinhar ta' Malta. Jidher illi l-ħruq seħħ f'fabbrika fl-istess żona għalkemm s'issa għadu mhux magħruf x'kien il-kaġun ta' dan in-nar u jekk kienx hemm persuni li weġġgħu.

Il-Pulizija mid-Distrett taż-Żejtun marru minnufih fuq il-post indikat lilhom u minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni waħda mill-fabbriki ġewwa ż-Żona Industrijali kienet ħadet in-nar. 

Fil-ħin tal-inċident ma kien hemm ħadd ġewwa l-fabbrika iżda bħala prekawzjoni kellhom jiġu evakwati l-ħaddiema ta’ żewġ fabbriki li jinsabu fl-istess akkwata. Il-Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew infurmati dwar il-każ u numru ta’ fire engines irrikorrew fuq il-post sabiex jikkontrollaw in-nirien.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C Galea LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

More in Politika