Jinstabu moħbijin f'appartament fl-Għarb

....wara sigħat ta' tfittxija mill-Pulizija

Jinstabu moħbijin fl-Għarb!
Jinstabu moħbijin fl-Għarb!

Iż-zewġ Libjani mfittixijin mill-Pulizija wara attakk fuq Kolombjan f'Paceville li wassal għal mewt tiegħu nstabu f'appartament fl-Għarb Għawdex. L-Illum.com.mt hija nfurmata li ż-żewġ Libjani għadhom qed jinżammu fil-lock up li hemm f'Għawdex

Dan l-inċident kien seħħ għall-ħabta tat-3:00am fid-19 ta' Mejju f'parapett fi Triq San Ġorġ San Ġiljan, meta l-Kolombjan spiċċa f'argument ma' żewġ persuni li sa dakinhar kienu għadhom mhux identifikati. Il-Kolombjan ittieħed l-isptar u kien ġie ċċertifikat li jinsab f'qagħda kritika, u iktar tard tilef ħajtu.

Il-persuni li nstabu moħbijin f'Għawdex b'rabta mal-każ huma Zyad Mohamed Drebeka li għandu 23 sena u Ahmed Rasem Franko li għandu 29 sena. It-tnejn huma mwielda l-Libja.

More in Politika