Fi stqarrija maħruġa ftit tal-ħin ilu d-Deputata Nazzjonalista u Kelliema għas-Saħħa tal-Partit Nazzjonalista Caludette Buttigieg innutat kif wara ħamest'ijiem ta’ silenzju minn nhar is-Sibt li għadda, "meta l-Assoċjazzjoni Medika Maltija żvelat li hemm indħil dirett mill-Ministeri fil-ħidma tal-professjonisti fis-settur tas-saħħa, illum, il-Ministru tas-Saħħa ħareġ jattakka lil min qed jikxef din id-diskriminazzjoni. L-anqas ħaġa li messu għamel il-Ministru tas-Saħħa hu li fetaħ investigazzjoni biex jiġi stabbilit kif qed issir din it-tip ta’ diskriminazzjoni."
Buttigieg temmet tgħid li "flok jinfexx jattakka l-professjonisti u lill-Oppożizzjoni, l-Ministru tas-Saħħa messu jdur ftit fost sħabu fil-Kabinett, kif ukoll f’Kastilja, biex ikun jaf eżatt x’tip ta’ indħil qed isibu ma wiċċhom it-tobba u l-infermiera fis-settur tas-saħħa minn individwi li mhumiex f’dan is-settur."