Muscat: Il-Programm taċ-ċittadinanza qed iħalli impatt ekonomiku pożittiv

Il-PM waqt li kien qed jitkellem dwat il-programm ta' ċittadinanza Malti
Il-PM waqt li kien qed jitkellem dwat il-programm ta' ċittadinanza Malti

L-industrija globali marbuta ma’ programmi ta’ ċittadinanza b’investiment tissaħħaħ jekk il-kriterji jkunu magħrufa u d-deċiżjonijiet jittieħdu minn tekniċi u mhux minn politiċi. Huwa abbażi ta’ dan li Malta bniet il-programm tagħha ta’ ċittadinanza b’investiment u li minn kemm ilu stabilit qed ikollu suċċess kbir.

Minkejja kontroversji li hemm marbuta ma’ programmi ta’ dan it-tip, dak ta’ pajjiżna huwa l-uniku wieħed li għandu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt forum organizzat mill-Investment Migration Council, li qed jitella’ f’Ginevra, l-Iżvizzera.

Il-Prim Ministru tkellem dwar l-esperjenza ta’ Malta bil-programm ta’ ċittadinanza b’investiment u kif pajjiżna kien pijunier f’dan il-qasam fost il-pajjiżi Ewropej.  Qal li l-programm li qed jitħaddem f’pajjiżna qed ikollu impatt pożittiv fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna. Permezz tiegħu qed jirnexxilna nattiraw individwi li qed ikunu lesti jinvestu f’pajjiżna.

More in Politika