Persuna feruta wara ħabta fil-Marsa bejn karozza u mutur
More in Politika
Illum, għall-ħabta tas-1930 p.m. il-Pulizija ġew infurmati li kien seħħ inċident stradali u li kien hemm persuna feruta fi Triq l-Istabal fil-Marsa.
Għaldaqstant, il-Pulizija mill-Għassa ta’ Ħal Qormi marru mmedjatament fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Volkswagen Polo misjuqa minn raġel ta’ 20 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u mutur tat-tip Piaggio Vespa misjuq minn raġel ta’ 55 sena residenti Ħal Qormi.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard il-Pulizija ġiet infurmata li r-raġel ma jinsabx fil-periklu tal-mewt, iżda n-natura tal-ġrieħi tiegħu mhijiex magħrufa. L-investigazzonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.