Il-ġimgħa d-dieħla l-monti se jkun qed jimxi lejn Triq l-Ordinanza, wara xhur ta' diskussjonijiet li wasslu wkoll biex 35 bejjiegħ tal-monti jingħataw somma ta' €80,000 biex ikunu jistgħu jżarmaw. Ħabbar dan il-Ministru għall-Ekonomija u Nezogzji Żgħar Chris Cardona waqt li kien qed jitkellem fil-programm Dissett.
Xħin il-preżentatur tal-programm Dissett Reno Bugeja staqsa lil Cardona jekk iħossx li l-kwistjoni tal-Monti kinirx waħda negattiva għalih bħala Ministru, dan żvela kif fil-fatt din iċ-ċaqlieqa lejn Triq l-Ordinanza se ssir il-ġimgħa d-dieħla.
Iċ-ċaqlieqa tal-Monti lejn Triq l-Ordinanza kienet qajmet diksussjoni u reazzjoni negattiva hekk kif il-pjani oriġinali tal-Partit Laburista kienu illi l-monti jarma fuq in-naħa tat-triq li tmiss mal-parlament ukoll. Finalment il-Gvern iddeċieda li l-monti jarma biss sal-parti tat-triq li tmiss ma' Triq ir-Repubblika. Il-Kap tal-PN Simon Busuttil kien sejjaħ iċ-ċaqlieqa tal-monti lejn Triq l-Ordinanza bħala 'insult'