Il-Partit Nazzjonalista ħabbar li se jkun qed ineħħi l-billboards li tella' fit-toroq Maltin tul l-aħħar xhur. Fi stqarrija, qal ukoll li dan qed isir "b'rispett sħiħ lejn id-deċiżjoni tal-Qrati Maltin," wara li l-istess Qorti ddeċidiet li ma tilqax il-mandat li ressaq il-PN dwar il-billboards politiċi.
Il-Partit Nazzjonalista sostna li l-Avviż Legali li daħħal il-Gvern dwar il-billboards, sar "biex jagħlaq ħalq l-Oppożizzjoni milli titkellem dwar l-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi."
L-istqarrija temmet tgħid li din id-deċiżjoni li ħa l-Gvern, "laqtet ukoll b’mod gravi u dirett lin-negozji, għaliex tefa’ piżijiet u obbligi finanzjarji ġodda fuq dawn l-istess negozji."