Barra jew Ġewwa ? L-Ingliżi jiddeċiedu llum

Madwar 46 miljun cittadin Brittanniku għandu d-dritt jivvota jekk iridx jibqa' jew jitlaq mill-UE

Barra jew Ġewwa ? Il-vot tant deċiżiv jittieħed illum
Barra jew Ġewwa ? Il-vot tant deċiżiv jittieħed illum

Numru record ta' ċittadini Brittanniċi li jammonta għall-madwar 46 miljun, fosthom anke uħud ta' nisel Malti, illum se jkollom id-dritt u d-dmir jivvotaw għall-futur tar-Renju Unit, u indirettament anke tal-UE stess, hekk kif fl-aħħar wasal jum ir-referendum.

Wara erba' xhur ta' kampanja u diskussjonijiet bejn iż-żewg naħat, illum huwa l-jum tal-verita', f'dan ir-referendum storiku għar-Renju Unit.

X'se jiddeċiedi l-poplu Brittanniku? Jibqgħu membri tal-UE jew jitilqu?

Il-vot se jkun sempliċiment mistoqsija waħda, "Ir-Renju Unit għandu jibqa' membru tal-Unjoni Ewropeja jew jitlaq mill-Unjoni Ewropeja". Minn iġib aktar minn nofs il-voti bejn l-"IVA" u l-"LE" ikun rebaħ il-maġġoranza u d-deċiżżjoni tal-poplu.

Hekk kif jagħlqu l-voti aktar tard illum, jibda' l-għadd tal-voti miġbur minn 382 żona. 380 minnhom għall-Ingilterra, Skozja u Wales, filwaqt li t-tnejn l-oħra se jkunu mill-Irlanda u Ġibiltá.

I-riżultat tant mistenni wara dawn ix-xhur ta' dibattiti mistenni jkun imħabbar il-ġimgħa filgħodu.

More in Politika