Prim Ministru ġdid għar-Renju Unit

David Cameron offra r-reżenja tiegħu u jistenna li sa Ottubru li ġej ir-Renju Unit ikollu Prim Ministru u kap tal-Partit Konservattiv ġdid

David Cameron joffri r-riżenja tiegħu minn Prim Ministru
David Cameron joffri r-riżenja tiegħu minn Prim Ministru

David Cameron, stqarr li wara d-deċiżjoni tal-maġġoranza tal-poplu Brittaniku biex jitlaq mill-UE, ikun biss ġust li hu ma jibqax Prim Ministru tar-Renju Unit.

Dan qalu waqt konferenza stampa li indirizza ftit wara li l-aħħar voti ġew konfermati, b'reazzjoni għar-riżultat tar-referendum li ra maġġoranza tal-elettorat tivvota biex ir-Renju Unit ma jibqax parti mill-UE.

Cameron saħaq li hu mexxa l-kampanja bl-uniku mod li jaf hu, b'determinazzjoni u rieda soda fit-twemmin tiegħu favur l-UE. Fid-dawl tad-deċiżjoni tal-poplu li jieħu triq differenti, Cameron jemmen li hu ma jistax jibqa' l-kaptan ta' dan il-vapur.

Minkejja dan, Cameron saħaq li se jkun qed jibqa' fil-kariga għalissa sabiex jiggarantixxi xi tip ta' stabbiltà politika, u se jkun qed jistenna li sa Ottubru jkun intagħżel il-Prim Ministru l-ġdid li se jkun qed jieħu postu. Qal li dan għandu jsir sa qabel Ottubru li ġej meta jkun hemm il-konferenza tal-partit Konservattiv. L-għażla għall-Prim Ministru l-ġdid se tkun qed issir bejn il-membri parlamentari tal-Partit Konservattiv stess.

Sabiex tinżamm ċerta stabbiltà, Cameron insista li għalissa, l-moviment ta' oġġetti, nies, servizzi u n-negozju se jkun qed jibqa' l-istess.

More in Politika