Iċ-Chairman tal-grupp EPP, Manfred Weber, stqarr li "dispjaċut, jaċċetta u jirrispetta d-deċiżżjoni tal-poplu tar-Renju Unit biex joħroġ mill-UE".
Weber kompla jgħid li "din id-deċiżżjoni se tkun ta' ħsara għaż-żewġ naħat, iżda ħafna iktar għar-Renju Unit". Huwa stqarr li "dan kien vot tal-poplu Brittanniku, u b'ebda mod ma jirrifletti r-rieda jew id-deċiżżjoni ta' pajjiżi ewropej oħrajn li jridu jibqgħu fl-UE."
"L-ewropa għanda bżonn żmien ta' riflessjoni issa. Irridu Ewropa aħjar billi nikkonvinċu n-nies u nsibu r-risposti għad-diffikultajiet li dawn qed jaraw, bħas-sigurtá u l-immigrazzjoni. Ewropa b'saħħitha tista' tkun garanzija ta' ħajja aħjar għall-istati membri kollha", sostna Weber.
"B'rispett lejn id-deċiżżjioni demokratika tal-poplu Brittanniku", temm Weber, "in-negozjati tal-ħrug għandom ikunu konklużi fi żmien sentejn, mingħajr ebda trattament speċjali; issa barra tfisser barra".