Jean-Claude Juncker qal lil Gran Brittanja li uffiċċjalment għandhom joħorġu mill-Ewropa mill-aktar fis possibbli.
Qal dan wara li tkellem minn Brussel waqt laqgħa ta’ emerġenza mal-kapijiet kollha tal-Unjoni Ewropeja fejn qal li s-27 stati membri iridu negozjati dwar il-pjan tal-ħruġ “kemm jista jkun malajr, anke jekk il-proċess iweġġa”.
“Personalment ninsab imdejjaq b’din id-deċiżjoni iżda irridu nirispettawha. Din hi sitwazzjoni bla preċedent, iżda ninsabu magħqudin fir-risposta tagħna.”