Mario Vella għall-Gvernatur tal-Bank Ċentrali

Il-PM jinnomina u jipproponi lil Vella lill-President tar-Repubbika

Mario Vella
Mario Vella

Il-Prim Ministru għadu kif innomina u ppropona lill-President lill-Mario Vella bħala l-Gvernatur l-ġdid tal-Bank Ċentrali. Il-ħatra ta' Vella għandha tiġi f'effett fl-1 ta' Lulju li ġej u se sseħħ wara li Alfred Mifsud talab biex ma jkunx ikkunsidrat għall-kariga wara allegazzjonijiet ta' tixħim. 

Vella kien Kap Eżekuttiv ta' Malta Enterprise, Direttur f'Grant Thorton, Kap Eżekuttiv fil-Malta Development Corporation u professur fl-Universita' Napier ta' Edinburugh. Għal xi żmien kien il-President tal-Partit Laburista wkoll. 

More in Politika