47.5% favur u 46% kontra l-morning after pill
...skont stħarriġ onlajn li sar fuq dan is-sit matul il-ġimgħa li għaddiet
More in Politika
...skont stħarriġ onlajn li sar fuq dan is-sit matul il-ġimgħa li għaddiet
Il-qarrejja tal-illum.com.mt jinsabu maqsumin fil-ħsieb tagħhom dwar l-aċċess legali għall-morning after pill. Dan hekk kif minn stħarriġ onlajn tal-opinjoni pubblika, li saret matul il-ġimgħa li għaddiet, kienu maġġoranza relattiva ta’ 47.5% tal-qarrejja li jaqblu illi l-morning after pill għandha tkun legali u aċċessibbli għal dawk in-nisa li jixtiequ jagħmlu użu minn dan il-kontraċettiv. Minkejja dan iżda 46% ta' dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ ma jaqblux ma’ dan.
Għall-mistoqsija ‘Taqbel li l-morning after pill għandha tkun legalizzata?’ 34.5% tal-qarrejja wieġbu fin-negattiv ‘għax din hija forma oħra ta’ abort’. Minn naħa l-oħra 27.3% ma jaqblux ma’ dan u jħossu li l-użu ta’ din il-pillola hija biss forma oħra ta’ kontraċettiv.
Minn dawk li pparteċipaw f’dan l-istħarriġ kienu ftit inqas minn 19% li qalu illi jaqblu għaliex huwa dritt tal-ġenituri li jiddeċiedu kemm u meta jkollhom it-tfal. Huma 13% biss tal-qarrejja tagħna li ħadu sehem f’dan l-istħarriġ li jħossu li l-użu tal-morning after pill mhux aċċettabbli, minħabba li “dan huwa forma oħra ta’ abort”. Minoranza żgħira ħafna ta' 6.2% qalu li m'għandhomx opinjoni dwar dak li qed iseħħ.
Intant sal-bieraħ baqgħu deħlin diversi reazzjonijiet bil-Forum Zgħażagħ Laburisti jingħaqdu ma' Nisa Laburisti fl-appoġġ tagħhom għal legalizzar ta' din il-pillola u l-għaqda Pulse jesprimu ruħhom favur ukoll.