Mhux studju, imma tnejn (u forsi tlieta?)... għal baga fix-Xlendi

Wara li spiċċa l-ewwel studju issa irridu nistennew studju ieħor għal baga li magħha jistgħu jieqfu cruiseliners fix-Xlendi

Spiċċa studju u beda ieħor dwar baga fix-Xlendi ... xi darba naslu!
Spiċċa studju u beda ieħor dwar baga fix-Xlendi ... xi darba naslu!

Il-wegħda li ssir baga li magħha jieqfu cruiseliners b'turisti li jkunu jixtiequ jmorru Għawdex ilha tkun mwegħda. Kellha ssir taħt Gvern preċedenti u ma saritx, imma kellha ssir taħt il-Gvern preżenti. S'issa imma baga m'hemmx anke jekk diġa kien konkluż studju dwar is-sitwazzjoni taħt il-baħar fix-Xlendi. Fil-fatt ġie kkummisjonat studju ieħor u x-xogħol fuq dan l-istudju diġa beda. Dwae Terminal għall-Cruises il-Ministeru t'Għawdex irċieva peoposta waħda biss u "l-eżitu tal-proċess jitħabbar mill-Gvern meta l-kompiti kollha neċessarji relatati ma’ dan ir-Request for Proposals ikunu ġew imwettqa b’mod metikoluż"

Ħafna negozji fix-Xlendi qegħdin jittamaw li t-tieni studju u jdumx wisq ma jkunx konkluż u, iktar minn hekk, li ma jkunx hemm it-tielet studju. 

Din l-infoirmazzjoni ngħatat mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo għall-mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.

More in Politika