Iċ-Chairperson tal-Life Network Foundation Miriam Sciberras, f'intervista li ppublikata il-Ħadd li għadda kellha kliem iebes ħafna għal dawk li fetħu l-protest ġudizzjarju kontra l-Gvern biex il-morning after pill issir aċċessibbli. Fit-tieni filmat li qed noħorġu illum Sciberras takkużahom b'ingann u tgħid li dawn in-nisa aħjar jaqbdu u jgħidu li huma favur l-abort milli jipprovaw jingannaw u "jgħidu li l-morning after pill ma twassalx għal abort.'
Sciberras tgħid ukoll li d-dibattitu li għaddej fil-pajjiż bħalissa qed "jixgħelli bozza ħamra" .
(Intant il-Ħadd li ġej l-ILLUM se tippublika intervista ma' Andrea Dibben, waħda mill-protaganisti fil-kampanja favur l-introduzzjoni tal-morning after pill)