Reporter jiddiskuti l-impatt ta’ Brexit fuq Malta

Reporter jistieden professjonisti minn oqsma differenti għall-aħħar programm

Hekk kif l-iskeda ta’ Reporter tiġi fi tmiemha, fl-aħħar programm Reporter se jiddiskuti l-effetti li se jħalli l-Brexit fuq Malta.

Fit-23 ta’ Ġunju r-Renju Unit għażel li jitlaq mill-Unjoni Ewropea, x’effetti se tħalli din id-deċiżjoni? U x’inhu l-impatt li se jħalli dan fuq pajjiżna? Reporter ma’ Saviour Balzan flimkien ma’ Prof. Roderick Pace, Direttur tal-Istitut tal-Istudji Ewropej fl-Università ta' Malta, Prof. Joe Friggieri, il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona u Claudio Grech mill-Partit Nazzjonalista.

Reporter, nhar it-Tnejn fl-10.05pm fuq TVM. Segwu l-aġġornamenti kollha ta’ Reporter billi tagħmlu like fuq il-paġna ta’ Facebook u ssegwuna fuq Twitter.

More in Politika