'Merħba f'Pariġi, ejjew investu fi Franza'

Il-Prim Minstru Franċiż jinkuraġġixxi kumpaniji bbażati f'Londra biex immorru Pariġi

Mauel Valls -
Mauel Valls - "Merħba f'Pariġi, Ejjew investu fi Franza"

"Merħba f'Pariġi ! Ejjew investu fi Franza!", kienu l-kliem tal-Prim Ministru Franċiż Manuel Valls, waqt stqarrija li għamel immirata għall-kumpaniji li bħalissa bbażati f'Londra.

Valls stqarr li fid-dawl tal-inċertezza li nħolqot bir-Renju Unit joħroġ mill-UE, ħafna kumpaniji globali bbażat f'Londra qed jippjanaw biex jiċċaqalqu fi bliet oħrajn fl-Unjoni Ewropeja. Hu żied jgħid li Franza se tagħmel mill-aħjar biex tagħmel Pariġi attrajenti għall-investituri, b-rati ta' taxxa kompetittivi u vantaġġi għall-dawk li jkunu jixtiequ jmorru jgħixu Pariġi.

Franza qegħda tħares lejn numru ta' l-fuq minn żewġ miljun impjegat, bejn banek u kumpaniji oħrajn, li jista' jkollom jitilqu mir-Renju Unit u jmorru f'pajjiż ieħor tal-UE.

F'dak il-każ, saħaq Valls, Franza se tkun qegħda tilqagħhom b'ideja miftuħin.

More in Politika