Nigel Farage Jirriżenja

Nigel Farage jirriżenja minn mexxej tal-UK Independence Party (UKIP)

Nigel Farage jirriżenja minn mexxej tal-UKIP
Nigel Farage jirriżenja minn mexxej tal-UKIP

Il-mexxej tal-UK Independence Party (UKIP), Nigel Farage, għadu kif ħabbar ir-riżenja tiegħu minn mexxej tal-partit.

Skont Farage, wara li l-poplu tar-Renju Unit ivvota biex joħorġu mill-UE, huwa "għamel il-parti tiegħu". Farage saħaq li l-partit jinsab f'pożizzjoni tajba biex hu jista' jirriżenja. Huwa tenna wkoll li t-tmexxija tal-UKIP kienet "iebsa kultant" iżda "tat riżultati sodisfaċenti."

Farage, li huwa wkoll Membru Parlamentari Ewropew, tenna li "r-Renju Unit għandu bżonn Prim Ministru BREXIT issa!"

More in Politika