Putin jibqa' bla risposta...

Il-Kremlin Russu baqa' mingħajr risposta mingħand il-White House dwar messaġġ mibgħut għall-jum l-Indipendenza

Putin jibqa' mingħajr risposta mingħand Obama
Putin jibqa' mingħajr risposta mingħand Obama

Il-White House għadha ma tat ebda risposta għal messaġġ li Vladimir Putin bagħat lil-Barack Obama fl-okkażjoni ta' jum l-Indipendenza fl-Istati Uniti.

Fil-messaġġ tiegħu, Putin saħaq li jixtieq li r-Russja u l-Istati Uniti jmorru lura għal relazzjonijiet pożittivi bejniethom.

"L-istorja tar-relazzjonijiet bejn ir-Russja u l-Istati Uniti turi li nistgħu naħdmu flimkien bi sħab u nirrispettaw l-interessi ta' xulxin.Flimkien nistgħu insolvu b'suċċess l-aktar kwistjonijiet internazzjonali kumplessi, għal ġid tan-nazzjonijiet tagħna u għall-umanità kollha," kiteb Putin.

Il-messaġġ li s'issa għadu ma ħax risposta, sar fid-dawl tat-tensjonjiet li bħalissa għaddejjin bejn iż-żewg super-potenzi, hekk kif vapuri u ajruplani militari miż-żewġ naħat kienu nvoluti f'manuvri aggressivi bejniethom u minħabba li l-Istati Uniti ma qablux mal-mod li bih Putin indirizza s-sitwazzjoni tal-IS fis-Sirja.

More in Politika