'L-Unjoni Ewropea qed tidher ineffettiva'

Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu waqt id-dibattitu dwar il-Presidenza Olandiża tal-UE

Alfred Sant jgħid li 'L-Unjoni Ewropea qed tidher ineffettiva'
Alfred Sant jgħid li 'L-Unjoni Ewropea qed tidher ineffettiva'

"Wara l-attakki terroristiċi fi Brussell, ir-Referendum fl-Olanda fuq il-ftehim tal-Ukraina l-BREXIT, l-Unjoni Ewropea qed tidher ineffettiva." Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu waqt id-dibattitu dwar il-Presidenza Olandiża tal-UE.

Waqt l-istess dibattitu, il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista żied jgħid li "L-inkoerenzi fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Unjoni Ewropea fl-aħħar sitt xhut komplew aktar jiżdiedu."

Dwar l-istat tal-Unjoni Ewropeja, Sant saħaq li :

Lilna jgħidulna li l-unika triq ’il quddiem hija l-promozzjoni ta’ “Aktar Ewropa”. Li dwar in-negozjar tal-BREXIT l-ewwel irid ikun innegozjat il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE u mbagħad isiru l-arranġamenti għar-relazzjonijiet mar-Renju Unit.

Jgħidulna li l-kriżi tal-immigrazzjoni tinvolvi ftehim mat-Turkija bi strateġija moħbija ta’ soppressjoni u l-ħolqien ta’ aġenzija għall-fruntieri esterni tal-UE.

Jgħidulna li rridu ninforzaw l-kooperazzjoni bejn is-servizzi tas-sigurta’ nazzjonali biex negħlbu t-terroriżmu."

"Dan kollu juri id-diverġenzi  diġa’ aċċellerati fi ħdan l-UE bl-awsterita neo-liberali fil-politika ekonomika”, fiehem Sant, li saħaq ukoll li "l-Ewropa teħtieġ tikkonsolida l-pożizzjoni tagħha. Trid iżżomm bħala prijorita’ il-perspettivi u l-interessi nazzjonali tal-istati membri tagħha. Trid tnaqqas id-diverġenzi li żviluppaw bejn in-nord u s-sud u bejn il-lvant u ċ-ċentru tal-Ewropa."

 

More in Politika