'Il-PN mhux jagħti każ ir-rapporti...'

Il-Prim Ministru jgħid li l-PN jagħżel li ma jagħtix każ ir-rapporti li jinħarġu; kemm dawk lokali kif ukoll dawk internazzjonali

Joseph Muscat jgħid li Simon Busuttil jikkummenta fuq xi rapport li jkun ħareġ, meta jrid u jaqbillu hu biss
Joseph Muscat jgħid li Simon Busuttil jikkummenta fuq xi rapport li jkun ħareġ, meta jrid u jaqbillu hu biss

Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li l-Partit Nazzjonalista jagħżel li ma jagħtix każ rapporti li jinħarġu, kemm dawk lokali, kif ukoll oħrajn internazzjonali.

Dan intqal waqt intervista li Muscat kellu fuq ONE radio, fejn sostna li Simon Busuttil jikkummenta fuq xi rapport li jkun ħareġ, meta jrid u jaqbillu hu biss. Dan fid-dawl tal-fatt li din il-ġimgħa stess, Busuttil għażel li ma jikkummentax fuq ir-rapport li ħareġ l-Awditur Ġenerali Chris Said u l-fondi għall-Kunsilli Lokali. Skont Muscat, Busuttil qal li mhux se jagħti każ ir-rapport u jemmen dak li qal Chris Said, bil-kuntrajrju tal-Awditur Ġenerali.

"Rapport ieħor li Busuttil għażel li ma jikkummentax fuqhu", kompl Muscat, "kien dak maħruġ mill-kumpanija Standar and Poor's, li poġġa l-ekonomija Maltija fost l-aktar stabbli fl-Ewropa".

Muscat sostna li l-ekomnomija ta' Malta mixja l-quddiem b'mod daqshekk stabbli, primarjament minħabba kif il-gvern qed imexxi l-enerġija u rnexxielu b'suċċess iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, flimkien mal-prezz tal-fjuwil u l-gas.

"Dawn il-miżuri, kemm jekk ikunu kbar jew żgħar, jagħmlu differenza kbira lil-familji Maltin", qal Muscat.

"Iżda l-PN jagħżel li dawn l-affarijiet ma jarahomx," temm jghid Muscat filwaqt li saħaq li "jidher ċar u tond li l-PN għandu kejlijiet differenti bejn l-elite tal-partit u l-bqija tan-nies l-oħra..."

More in Politika