Id-Deputat Nazzjonalista, dalgħodu waqt id-diskussjoni li għaddejja dwar ir-riforma fid-Dipartiment tal-Artijiet, qal li llum il-Ministru Joe Mizzi jista jiftaħar bil-promenade u x-xogħol li sar fix-Xemxija, fiż-żona tal-Fekruna grazzi għall-Gvern Nazzjonalista. 'Meta tmorru l-Fekruna', qal Callus, 'għidu grazzi mhux lili għax ma kontx hemm imma lill-Gvern preċedenti li esproprija l-art.'
Callus iddefenda l-ftehom ta' esproprijazzjoni li saret mill-Gvern nazzjonalista fil-Fekruna ftit qabel l-aħħar elezzjoni u sostna illi kieku dan il-ftehim ma sarx, kieku l-Gvern preċenti ma kienx ikollu l-lussu jagħmnel il-proġett li għamel fiż-żona. Huwa qal illi wieħed mill-periti li ddeżidew dwar dan is-sit kien eks-Kandidat Laburista u ċ-ċermen tal-bord kien it-tifel ta' Reno Calleja.
Callus qal illi Deborah Schembri hija riżultat ta' skandli, għax kieku ma' seħħx l-iaskandlu ta' Triq Zekka, kieku hi mhix fil-kariga. Filwaqt li talabha tkun diċenti, qal illi 'l-ebda Gvern korrott ma jista jagħmel riforma.' Huwa allega li f'25 sena 'qatt ma saru' skandli bħal dawk li seħħew f'dawn l-aħħar tliet snin' u fakkar f'artijiet li ttieħdu mill-Gvern Laburista fil-passat.