Għadha kif kienet ippreżentata applikazzjoni għal 'bar' fuq il-baħar, li jkun barra miż-żoni tal-għawm u li jista jattira lil dawk li filwaqt li jkunu fuq il-'yacht tagħhom taqbadhom il-ħajra għal xarba tajba u friska. Dan il-kunċett ġdid tressaq minn David Sammut, li huwa wkoll sid ta' kumpanija tal-manutenzjoni tad-dgħajjes u opi tal-baħar.
Il-bar-fuq-il-baħar huwa propost li jinbena fuq 104 metru kwadru, b'art tal-injam u b'żewġ sulari. Mal-gazzetta Maltatoday David Sammut qal illi din hija idea innovattiva "li ilha fuq moħħi għal ħafna snin. Għalissa għadni qed nevalwa il-vijabilità tagħha mal-awtoritajiet, għalhekk applikajt, imma xejn mhu definit s'issa."
Apparti minn hekk, il-bar-fuq-il-baħar se jkollu wkoll żona fejn persuna tkun tista tirrilassa fuq sunbeds fejn dak li jkun, ikun jista jwadi naqra mill-baħar u x-xemx Sajfija.
Sammut qed jipproponi li dan il-bar ikun ankrat 'l barra minn bajjiet popolari bħall-Blue Lagoon, l-Armier u l-Bajja ta' Santa Marija f'Kemmuna.