Illum 2,200 persuna se jidħlu f'ħanut tal-logħob

...nofshom se jkunu Maltin u nofshom barranin...

Il-lagħba mhumiex ftit f'pajjiżna
Il-lagħba mhumiex ftit f'pajjiżna

Il-ħwienet tal-logħob qed jattiraw lejhom numru konsiderevoli ta’ nies, fil-fatt f’pajjiżna qed imorru medja ta’ 2,200 persuna kuljum f’ħanut tal-logħob. Minn informazzjoni li ħarġet mill-Parlament ilbieraħ jirriżulta li b’kollox, s-sena l-oħra marru ftit iktar minn 781,000 persuna f’ħanut tal-logħob.

Dawn kienu jinkludu 399,450 persuna li kienu Maltin, filwaqt li 381,608 kienu barranin. Dawn il-klijenti ta’ ħwienet tal-logħob jitqassmu f’diversi ħwienet madwar il-pajjiż. Fil-fatt, fil-pajjiż hawn b’kollox 75 ħanut tal-logħob, li allura jfisser li kull ħanut jilqa’ medja ta’ 10,400 persuna kull sena. B’kollox fl-2015 biss intlagħbu €333 miljun u intrebħu €255 miljun.

Din l-informazzjoni ingħatat fil-Parlament mill-Ministru Manwel Mallia għall-mistoqsijiet tad-Deputat Laburista Anthony Aguis Decelis

More in Politika