Il-Kummissjoni tal-Ippjanar approvat l-applikazzjoni għal proġett tal-pjazza Antoine De Paule, li tressqet mill-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta, fi ħdan il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, llum l-Erbgħa, 13 ta’ Lulju, 2016
Il-Membru Parlamentari u Chairman tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta, Silvio Parnis laqa’ b’sodisfazzjon din id-deċiżjoni u qal li dan huwa proġett kollettiv tal-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid, tar-residenti, tal-kommunita’ kummerċjali u dawk kollha li għandhom interess fil-lokalita’ ta’ Raħal il-Ġdid, li matul is-snin żvillupat f’Ċentru kummerċjali ewlieni fin-Nofsinhar tal-pajjiż.
‘B’dan il-proġett se nagħtu lura l-pjazza lir-residenti. Dan billi se nnaqsu ċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku bla bżonn u nżidu ż-żona pedonali, li se jwassal għal titjib notevoli fil-kwalita’ tal-arja.’
B’rabta ma’ dan il-permess ser issir r-rilokazzjoni tal-latrina eżistenti. Dan se jwassal biex jinħoloq aċċess dirett ġdid mal-MCAST biex b’mod pedonali l-pjazza tingħaqad ma’ dan l-istitut edukattiv ewlieni fil-pajjiż.
‘Dan il-proġett, jibgħat sinjal ieħor favur in-Nofsinhar tal-pajjiż. Il-Gvern konsistentament b’deċizjoni waħda wara l-oħra qed juri li huwa tassew kommess li jirriġenera soċjalment, ekonomikament u ambjentalment din il-parti tal-pajjiż, temm jgħid Silvio Parnis.