"Malta taqbel mal-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fit-Turkija, l-istituzzjonijiet demokratiċi għandhom jiġu rispettati."
Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat f’konsultazzjonijiet ma’ mexxejja oħra tal-Unjoni Ewropea, waqt is-summit bejn il-pajjiżi Ewropej u dawk Ażjatiċi fil-Mongolja.
Il-mexxejja Ewropej ikkonsultaw lil xulxin qabel ma ħarġet il-pożizzjoni Ewropea, u saret ukoll laqgħa urġenti tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin li għaliha attenda Dr George Vella, li jinsab mall-Prim Ministru.
Avviż lill-Maltin kollha dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija
Iċ-ċentru ta’ kriżi ta’ Malta huwa miftuħ għall-Maltin li jinsabu fit-Turkija u li jistgħu jagħmlu kuntatt fuq in-numri +356 21242191 jew 80072203 jew inkella 22042200.
Intant sakemm is-sitwazzjoni tiċċara, il-Gvern Malti javża lil Maltin li jgħixu jew jinsabu fit-Turkija biex jibqgħu ġewwa u ma joħorgux fit-toroq.
Kulħadd għandu jevita vvjaġġar lejn it-Turkija f'dan il-mument.